Il-Kumitat attwali ġie maħtur fil-Laqgħa Ġenerali Annwali li saret nhar is-Sibt, 13 ta' Mejju 2023. Dan il-kumitat għandu jservi għal sena u qed jaħdem b'risq l-għanijiet tal-Għaqda, fuq il-passi tal-kumitati preċedenti. Minbarra l-attivitajiet annwali u l-proġetti eżistenti, il-kumitat qed jaħdem ukoll b'viżjoni u ideat ġodda sabiex l-Għaqda tibqa' miexja 'l quddiem u dejjem tibqa' aġġornata maż-żminijiet.