Merħba
Dwarna (ta' fuq fuq)
L-Għaqda tal-Malti - Università, imwaqqfa minn Rużar Briffa u Ġużè Bonnici fl-1931, hi għaqda studenteska bl-għan tagħha li tippromwovi l-Malti u l-oqsma kollha marbuta miegħu mal-istudenti u lil hinn.
L-Għanijiet tal-Għaqda tal-Malti
L-għanijiet tal-Għaqda huma li:
taħdem għall-għarfien sħiħ tal-ilsien Malti fl-oqsma kollha tal-ħajja u tal-kultura Maltija;
tqanqal interess u studji fil-lingwa u fil-letteratura Maltin, kemm fost l-istudenti tal-Università u ta’ istituzzjonijiet edukattivi oħra, kif ukoll qalb il-pubbliku ġenerali u l-awtoritajiet;
tħaddem u tħarreġ kompetenzi u mezzi relevanti għall-oqsma letterarji u lingwistiċi tal-Malti;
tfakkar awturi Maltin, jew oħrajn li kitbu dwar il-Malti jew bil-Malti;
tgħin lill-istudenti biex itejbu l-ħiliet fil-kitba u jippubblikaw ix-xogħlijiet tagħhom fil-pubblikazzjonijiet tal-Għaqda.
Bejn serjetà u divertiment ...
Diskussjoni dwar il-karrieri relatati mal-Malti waqt l-attività #tunattoga ... u mbagħad? tal-2023
Il-finalisti tal-attività Nilagħbu bil-Boċċi tal-2023
... u s-Serata taċ-Ċajt!